Mara evakwata lejn Malta minn vapur tal-Open Arms

Mara ġiet evakwata lejn Malta minn fuq bastiment tal-grupp Open Arms, grupp li jgħin fis-salvataġġ tal-immigranti.

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qalet li għall-ħabta tal-10:30am rċivew talba għall-għajnuna mill-bastiment.

Il-mara, Spanjola li hija parti mill-ekwipaġġ, kellha d-deni u ttieħdet l-isptar Mater Dei.

Ma kienx hemm immigranti abbord il-bastiment fil-ħin tal-inċident.