Mara bir-rota tittajjar minn vann fil-Mellieħa

Ingliża ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa ġarrbet ġrieħi gravi meta ttajret minn vann fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq l-Etna, xħin il-mara, li kienet qed issuq rota, intlaqtet mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Imqabba.
Ambulanza ħadet il-mara Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri mill-ġrieħi msemmija.