Mara b’id tal-ħġieġ tilbes bħal Cinderella biex tagħmel kuraġġ lit-tfal

Ritratt: Kelly Anderson

Mara li twieldet b’id waħda libset ta’ Cinderella bil-ħsieb li tagħmel kuraġġ lil tfal li jħossu li huma mhumiex bħal tfal oħra. Mandy Pursley minn California fl-Istati Uniti ħadet l-idea minn bintha Cayleigh ta’ tmien snin li kienet qed tistudja l-ħrafa fl-iskola.

Mandy qalet li għad li hemm bosta stejjer sbieħ minn madwar id-dinja ma hemmx storja b’xi prinċipessi li jixbhu lilha. “Għalhekk ġietni l-idea li minflok iż-żarbun tal-ħġieġ bħalma hemm fl-istorja ta’ Cinderella jkun hemm prinċipessa b’id ial-ħġieġ,” qalet.

Il-mara ħietet libsa sabìha ta’ prinċipessa għaliha u ħwejjeġ mill-isbaħ għall-prinċep tagħha, żewġha Ryan, li hu marine. Biex lestiet il-libsa ħadet mas-60 siegħa waqt li għal dik tal-prinċep għamlitha fi 30 siegħa. Imbagħad għaqqdet kollox b’id tal-ħġieġ li saritilha apposta.

Ftit taż-żmien wara ħabiba ta’ Mandy, li għandha tifla li twieldet ukoll b’id waħda, talbitha biex turi r-ritratti li ħadet fuq l-internet biex tagħmel kuraġġ lil bintha. Mandy ma qalitx le u meta r-ritratti ntefgħu fuq l-internet kisbu riżultat ta’ barra minn hawn.

Mandy qalet li tagħtiha ħafna saħħa meta tinterpreta karattru fejn id-diżabbiltà fiżika tkun murija b’mod pożittiv biex b’hekk turi li int b’saħħtek. “Kien għalhekk li ħriġt bl-idea li nuża lili nnifsi b’mod kreattiv,” qalet.

“Nittama li meta qsamt ir-ritratti li ħadt u meta jkun hemm xi tfal li jarawhom jindunaw li anki fid-differenza tagħhom jistgħu jkunu sbieħ u speċjali,” tenniet Purdy.