Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret fis-Swieqi

CMRU

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waranofsinhar ittajret minn karozza fis-Swieqi.

Dan ġara fl-4.30pm fi Triq il-Ħemel.

Il-mara ta’ 57 sena residenti s-Swieqi stess intlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti San Ġwann.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hija ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.