Mara bi ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn karozza

Mara ta’ 57 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.00am fi Triq il-Missjunarji Maltin fil-Mosta.
Il-mara ntlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena li jgħix l-Imdina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.