Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn trakk u karozza

Mara ta’ 55 sena miż-Żabbar qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-karozza ma’ trakk tal-irmonk f’Bulebel, limiti taż-Żejtun.
Il-karozza tat-tip Maruti 800 ħabtet ma’ trakk tat-tip Iveco Daily, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena, li joqgħod il-Birgu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am.
Il-Pulizija mid-Distrett marru immedjatament fuq il-post, u ssejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar minnufih.