Mara arrestata talli serqet minn dar fejn kienet taħdem

Mara ġiet arrestata mill-pulizija b’rabta ma’ serqa ta’ ġojjellerija minn residenza f’Raħal Ġdid.

L-investigazzjonijiet mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Maġġuri, flimkien mal-pulizija tad-distrett ta’ Raħal Ġdid juru li l-mara kienet għamlet xi żmien impjegata f’dik id-dar.

Is-suspettata, ta’ 43 sena, allegatament serqet ġojjellerija li tammonta għal aktar minn €5,000 fl-aħħar ġurnata xogħol tagħha f’din ir-residenza, lejn l-aħħar t’Ottubru.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ 12pm quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello.