Mara akkużata bil-qtil tas-sieħeb tagħha

Argument bejn koppja spiċċa fil-Qorti bil-mara tiġi akkużata li użat arma bil-ponta kontra s-sieħeb tagħha.

L-argument seħħ is-Sibt li għadda barra d-dar tagħhom fil-Marsa. Allegatament il-mara daħlet id-dar u ġabet sikkina wara li s-sieħeb uża l-vjolenza kontriha waqt l-argument.

Il-mara ngħatat il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €10,000.

Ir-raġel, li sofra ġrieħi gravi iżda qiegħed f’kundizzjoni stabbli, se jitressaq il-Qorti fiż-żmien li ġej.