Aġġornata: Mara aggredita f’San Ġiljan

Mara ta’ 39 sena mill-Imsida sofriet ġrieħi gravi wara li ġiet aggredita.

Il-każ seħħ kmieni matul il-lejl, għal ħabta tas-1:30am fi Triq San Gorg f’San Ġiljan.

Hu mifhum li l-mara ġie aggredita fl-istabbiliment fejn taħdem hi stess, f’San Ġiljan. Hija qed tallega li r-raġel attakkha anke b’tazza.

Ħu l-vittma, ta’ 42 sena mis-Swieqi li kien fil-ħanut ukoll, spiċċa nvolut fil-ġlieda u weġġa’ ħafif.