Mar l-Ingliterra biex jipprova jabbuża minn tifla

Read in English.

Raġel ta’ 29 sena li kien residenti Malta imma bi pjan li jmur jgħix f’Cambridgeshire ngħata 16-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammetta li kien se jiltaqa’ ma’ persuna ta’ 12-il sena bi ħsieb jabbużaha sesswalment.

Ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalità Franċiża u kien joqgħod il-Gżira kien arrestat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Kriminalità fir-Renju Unit fl-10 ta’ Diċembru li għadda.

Matthieu Hilaire siefer lejn l-Ingilterra bil-ħsieb li kien se jabbuża sesswalment minn tifla ta’ 12-il sena. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Kriminalità qalet li r-raġel sab uffiċjali tal-Aġenzija qrib kafetterija fin-Nofsinhar tal-Ingilterra.

Ir-raġel beda l-kuntatt minn fuq il-mezzi soċjali f’Novembru li għadda. Huwa kien qed jaħseb li din kienet tifla. Wara ftit ġimgħat ir-raġel beda juża lingwaġġ sesswali għaqqadt vjaġġ relatat max-xogħol u li jiltaqa’ mat-‘tifla’. Huwa kien qed jippjana li jmur jgħix f’Cambrigdeshire minkejja li konsistentament kien qed jiġi mfakkar li t-‘tifla’ kellha biss 12-il sena.

Hilaire kien issuġġerixxa lit-tifla li jgħaddi għaliha l-iskola. L-intenzjoni tar-raġel kienet li jieħu lit-tifla bil-karozza li kien kera ġo post bl-intenzjoni li jabbużaha. Il-vice squad Maltija interċettat l-indirizz ta’ Hilaire u żammitlu l-aċċess elettroniku sabiex jiġu eżaminati.

Fis-sentenza, l-Imħallef Jeffrey Pegden QC, irrefera lir-raġel għal-kors ta’ riabilitazzjoni u ordnalu li jħallas £200 fi spejjeż. Huwa ngħata 10 snin restrizzjoni fuq l-użu tal-internet.