Maqbuda 120 miljun sigarett bil-kutrabandu

Minn Marzu 2013 l-quddiem l-awtoritajiet tad-dwana qabdu madwar 120 miljun sigarett illegali.
Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Madwar 5 miljun sigarett kienu destinati għall-Malta bi stima ta’ sisa ta’ madwar €700,000. Il-bqija kienu sigaretti fi transitu lejn pajjiż ieħor.
Fost l-oġġetti maqbuda mid-dwana fl-istess perijodu kien hemm madwar €150,000 fi flus foloz, madwar 20,000 fi flus kontanti, 5,680 biċċa logħob tan-nar, 1,158 telefon ċellulari, madwar 16,600 flixkun ta’ xorb alkoħoliku, madwar 32,000 flixkun inbid, 53 fekruna, madwar 2,000 għasfur tal-għana, madwar 500 biċċa ġilda ta' għasafar protetti, diversi tipi ta’ drogi  u ħames vleġeġ.
B’rabta ma’ dawn, preżentement qed jinżammu maqbuda ħames vapuri u 11-il vettura li ntużaw bħala mezz tal-ġarr tal-merkanzija b’rabta ma każi pendenti quddiem il-qrati Maltin.