Mappa biex issib frott u ħaxix frisk

Luke Zerafa

Read in English.

L-għaqda Friends of the Earth Malta nediet mappa li permezz tagħha qed taspira li tgħaqqad lill-konsumaturi mal-bdiewa. Dan biex finalment il-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru frott u ħaxix frisk direttament mill-bdiewa mingħajr l-involviment ta’ terzi persuni jew ħwienet oħra.

Fi stqarrija, id-Direttur tal-għaqda Martin Galea De Giovanni qal li din il-mappa tnediet minħabba s-sitwazzjoni ta’ kriżi. Il-koordinatur tal-proġett Nastia Caruana Finkel qalet li l-bdiewa jagħmlu x-xogħol tagħhom b’ċerta passjoni u għaldaqstant bħala għaqda tixtieq li l-pubbliku jara b’għajnejh din il-passjoni.

Wieħed jista’ jaċċessa l-mappa billi jidħol fuq is-sit: www.foemalta.org/maltafarmmap

Il-proġett kien iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea b’għajnuna wkoll mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u s-Segretarjat Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji.

https://foemalta.org/maltafarmmap/

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn