MAPFRE MSV Life p.l.c. tirreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ €14.5 miljun

MAPFRE-MSV-Life-The-Mall

Read in English.

MAPFRE MSV Life p.l.c. irreġistrat profitt qabel it-taxxa ta’ €14.5 miljun għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Dicembru 2019, żieda ta’ 5.8% fuq is-sena ta’ qabel meta kien ġie ġġenerat profitt qabel it-taxxa ta’ €13.7 miljun. Il-profitt wara t-taxxa huwa ta’ €11.7 miljuni, żieda ta’ 7.3% fuq l-€10.9 miljuni fis-sena ta’ qabel.

Ir-riżultati kienu karatterizzati minn żieda sinifikanti fil-valur ta’ l-assi riżultat ta’ kundizzjonijiet favorevoli fis-swieq finanzjarji kif ukoll minn dħul b’saħħtu ta’ premiums fil-firxa kollha ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni u investiment li toffri l-kumpanija.

Il-gross premiums għas-sena finanzjarja 2019 kienu €282.9 miljun, tnaqqis ta’ 11.6% fuq it-€320.0 miljun registrat fl-2018. Dan kien attribwit għal domanda aktar baxxa ghal prodotti single premium li kienet parzjalment indirizzata minn domanda akbar għal prodotti ta’ tfaddil u ta’ pensjonijiet akar fit-tul.

Net claims żdiedu ghal €210.1 miljun matul is-sena pparagunat ma’ €145.7 miljun fis-sena ta’ qabel primarjament minħabba żieda f’kuntratti single premium li mmaturaw. Ħafna minn dawn il-kuntratti li mmaturaw ġew investiti mill-ġdid f’kuntratti ġodda ta’ tfaddil medium-term.

L-assi totali żdiedu b’12.8% minn €2,213.4 miljun fl-aħħar ta’ l-2018 għal €2,497.1 miljun fl-aħħar ta’ l-2019, filwaqt li net technical provisions (li jinkludu kuntratti ta’ investiment minghajr DPF) zdiedu b’14.3% minn €2,013.9 miljun fl-2018 għal €2,301.8 miljun fl-2019.

Il-valur ta’ in-force business, li jipproġetta trasferimenti futuri lill-azzjonisti minn poloz ‘in force’ fl-aħħar tas-sena, żdied sostanzjalment bi 17.4% minn €62.6 miljun fl-2018 ghal €73.5 miljun fl-2019. Dan huwa riżultat ta’ l-impatt ta’ dħul minn negozju ġdid, dħul b’saħħtu minn investimenti, titjib fit-technical margins, surrenders baxxi u mortality performance aħjar meta wieħed jikkumpara il-mortalita attwali u dik li l-kumpanija kienet qed tipproġetta.

Il-fondi totali ta’ l-azzjonisti fl-aħħar ta’ l-2019 kienu jammontaw għal €147.4 miljun (2018: €160.0 miljun), tnaqqis ta’ 7.9% fuq is-sena ta’ qabel rizultat tad-distribuzzjoni ta’ dividends tas-sena ta’ qabel, iżda f’livell ħafna għola mill-linji gwida li jistabilixxu il-minimum solvency. Is-solvency ratio fl-aħħar ta’ l-2019 kien 245%. L-azzjonisti tal-MAPFRE MSV Life huma kommessi li jiżguraw li l-kumpanija tibqa b’kapital adekwat f’kull waqt u li tkun pożzzjonata kemm għal tkabbar fin-negozju kif ukoll fid-dawl tal-miri ta’ kapital regolatorju taħt is-Solvency II framework.

Il-MAPFRE MSV With-Profits Fund żdied b’3.8% minn €1.89 biljun fl-2018 ghal €2.15 biljun fil-31 ta’ Dicembru 2019. Ir-ritorn total fuq l-investiment tal-Fond kien jammonta ghal €222.9 miljun u b’hekk irkupra b’mod b’saħħtu minn negative return ta’ €43.1 million fl-2018. 

Ic-Chairman tal- MAPFRE MSV Life, is-sur John Cassar White qal, “L-2019 kienet sena tajba ħafna għall-investituri. Il-MAPFRE MSV With-Profits Fund kellu dhul nett ta’ 11.02%, riflessjoni ta’ andament b’saħħtu f’hafna mill-kategoriji ta’ assi li hemm fil-portafoll tal-Fund. Hekk kif is-swieq irkupraw mill-andament negattiv ta’ l-2018, l-investimenti f’ishma fi swieq żviluppati taw dħul tajjeb ħafna”.

Is-sur Cassar White żied, “l-istrateġija ta’ investiment tal-MAPFRE MSV With-Profits Fund hija li jzomm firxa diversifikata ta’ assi ta’ kwalità u currencies sabiex jimmitiga kontra r-riskju tas-suq (market risk). Din id-diversifikazzjoni ta’ assi flimkien ma’ process robust ta’ immaniggjar ta’ l-investimenti, il-kwalità ta’ l-asset managers u t-track record b’saħħtu li ghandha l-kumpanija fil-qasam tat-thaddim ta’ l-investimenti jfissru li l-Fund huwa ppożizzjonat tajjeb sabiex jiehu vantaġġ minn titjib fis-swieq ta’ l-investimenti”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, David G. Curmi, qal, “Fl-2019, is-suq ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja f’Malta kien katarrerizzat minn xi tnaqqis fid-domanda qawwija għal kuntratti With Profits single premium li kienu karatteristika ta’ dawn l-aħħar snin. Dan huwa primarjament rizultat ta’ regular bonus rates aktar baxxi fuq dawn il-kuntratti u ż-żieda fil-kompetizzjoni għal likwidità mis-suq tal-corporate bonds. Minn naħa l-oħra, hemm domanda qed tizdied għal prodotti ta’ tfaddil regolari u prodotti ta’ pensjonijiet riżultat ta’ beneficcji ta’ taxxa li dawn jattiraw”.

Is-sur Curmi żied, “Matul is-sena kien hemm zviluppi mportanti fis-suq tal-Pensjonijiet Volontarji fuq il-post tax-Xoghol (VOPS) wara li l-Gvern introduca numru ta’ incentivi fiskali sabiex jinkoraggixxi lil min iħaddem sabiex iwaqqaf skema volontarja ta’ pensjoni fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati tieghu. Il-qafas regolatorju u l-incentivi fiskali gew formalizzati lejn l-aħħar tas-sena u aħna immedjatament ħrigna fis-suq bl-ewwel skema volontarja ta’ pensioni fuq il-post tax-xogħol li hija insurance based – il-MAPFRE MSV Life WorkSave Pension Scheme. Diġà kellna ħafna domanda għal dawn l-iskemi avolja għadna f’dan l-istadju bikri.

B’ħarsa ’l quddiem, se nkomplu niffukaw fuq il-klijenti tagħna billi kontinwament nanalizzaw il-proċessi u l-operat tagħna bl-iskop li noffru valur u servizz eċċellenti. F’dan ir-rigward, se nkomplu ninvestu u nkunu nnovattivi fit-teknologija ta’ l-informatika. Fl-2019, bdejna bil-bidla tal-core life administration system tagħna meta għazilna is-Sapiens CoreSuite for Life & Pension u s-soluzzjonijiet diġitali li joffru fil-cloud bħala l-proġett ewlieni tagħna ghal transformazzjoni diġitali. Sapiens International Corporation hija kumpanija globali li toffri teknologija moderna għas-suq ta’ l-assikurazzjoni. Dan il-proġett jinvolvi l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni tas-Sapiens CoreSuite for Life & Pensions, is-Sapiens AgentConnect for Life & Pensions u is-Sapiens Intelligence for Life & Pensions.”

Is-sur Curmi kkonkluda, “għal numru ta’ snin, is-suq Malti ta’ l-assikurazzjoni fuq il-hajja rreigistra tkabbir akbar mill-medja fl-Ewropa. Minkejja, dan is-suq jibqa wieħed underinsured. Għalkemm kumpaniji ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja qed jilgħabu rwol dejjem aktar importanti għat-tfaddil domestiku, studji kumparattivi juru li għadna fuq livelli aktar baxxi mill-medja Ewropea f’termini ta’ life insurance density u life insurance penetration. Għalhekk aħna naraw potenzjal attrajenti ghal tkabbir fl-oqsma ta’ assikurazzjoni fuq il-ħajja u soluzzjonijiet ta’ tfaddil long term u ta’ irtirar fis-suq lokali. Qed inkomplu naraw domanda tajba għal prodotti kollha tagħna hekk kif il-klijenti jkomplu jagħzlu lil MAPFRE MSV Life, riflessjoni tal-fiducja lil tgawdi l-brand tagħna u l-kwalità tas-servizz li noffru.”

Il-Bord esprima ringrazzjament u apprezzament lejn il-management u l-impjegati ghall-impenn u l-kontribut taghhom sabiex l-2019 kienet sena oħra sodisfacenti; lill-intermedjarji għas-support kontinwu taghhom; u lejn il- ħafna klijenti lejali li komplew ipoġġu l-fiduċja tagħhom fil-MAPFRE MSV Life p.l.c.

Fid-dawl ta’ l-izviluppi dawr il-pandemija COVID-19 li ġraw wara t-tmiem ta’ dan ir- Reporting Period, il-kumpanija qalet li l-outlook għall-industrija ta’ l-assikurazzjoni u partikolarment l-assikurazzjoni fuq il-ħajja, huwa wieħed preokkupanti partikolarment minhabba li l-impatt ekonomiju u finanzjarju sħiħ bħala konsegwenza tal-pandemija COVID-19 ma jistax għalissa jigi determinat. Din il-krizi minghajr precedent qed tigi kkunsidrata minn insurers, u partikolarment minn kumpaniji ta’ assikurazzjoni fuq il-hajja, bhala sitwazzjoni b’impatt għoli negattiv u eccezzjonali. B’rizultat ta’ COVID-19, swieq ta’ investiment diffiċli huma karatteristika ewlenija tal-ħarsa ’l quddiem ghas-settur ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja.

Minkejja li l-kumpanija għandha solvency u fundamenti finanzjarji b’saħħithom li jippermettulha tilqa’ b’mod aħjar għas-sitwazzjoni ta’ turbolenza finanzjarja prezenti bla precedent, huwa mistenni li bħala riżultat dirett tal-krizi tal-COVID-19, is-solvency ratio ser jonqos minn dak rappurtat fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2019. F’dan il-kuntest, il-kumpanija ser tkompli tiehu l-miżuri kollha neċessarji fl-aħjar interess tal-policyholders u sabiex tipproteġi is-solvency position tagħha f’dawn iż-żminijiet bla precedent.

Il-Bord tad-Diretturi qiegħed kontinwament isegwi l-implikazzjonijiet finanzjarji u ta’ solvency tal-krizi tal-COVID-19 fuq il-kumpanija. Digà ttieħdu numru ta’ miżuri sabiex jipprotegu is-solvency position tal-kumpanija kif ukoll l-interessi tal-policyholders. Mizura inizjali kienet li l-Bord tad-Diretturi ikkanċella l-pagament ta’ dividend net finali ta’ €11.77 miljun li kien propost sabiex jiġi approvat fl-4 ta’ Marzu 2020 biex b’hekk tiġi salvagwardjata ahjar il-pozizzjoni ta’ solvency tal-kumpanija.

Il-kumpanija ser tkompli tieħu l-miżuri kollha neċessarji fil-kuntest ta’ żviluppi ekonomiċi, finanzjarji u regolatorji sabiex tiżgura li l-kumpanija hija pożizzjonata tajjeb ghall-inċertezzi dovuti għal pandemija tal-COVID-19.

Dan il-kontent imwassal minn MAPFRE MSV Life p.l.c.