MAPFRE MSV Life p.l.c. tiddikjara l-Bonuses għall-2019

MAPFRE-MSV-Life-The-Mall

Fil-3 ta’ Marzu 2020, MAPFRE MSV Life p.l.c. ħabbret ir-rati ta’ bonus għal With Profits policies għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2019.

Ġie dikjarat Regular Bonus Rate ta’ 2.85% fuq il-prodotti ewlenin tal-Kumpanija primarjament il-Comprehensive Flexi Plan (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium), is-Single Premium Plan u l-With Profits options ta’ l-Investment Bond, Retirement Plan u Personal Pension Plan

Regular Bonus Rate ta’ 2.75% ġie dikjarat fuq il-Comprehensive Life Plan (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium) filwaqt li fuq il-poloz ‘Old Series’ Endowment u Whole Life, ġie dikjarat Regular Bonus ta’ 2% tas-somma bażika assigurata u l-bonuses.

Ir-Regular Bonus Rates ta’ l-2019 jirrappreżentaw żieda ta’ 0.5% fuq dawk dikjarati fl-2018.

Barra minn hekk, il-Bord approva wkoll id-dikjarazzjoni ta’ Bonus Finali fuq il-Comprehensive Life Plans (single u regular premium), Comprehensive Flexi Plans (single u regular premium) u Single Premium Plans għal poloz li ilhom għaddejjin għal aktar minn 10 snin.

Fuq il-Comprehensive Life Plans (regular premium) ġie dikjarat bonus finali ta’ 1.1% għal kull sena wara l-10 sena tal-polza filwaqt li fuq il-Comprehensive Flexi Plans (regular premium) ġie dikjarat bonus finali ta’ 1% għal kull sena wara l-10 sena tal-polza.

Il-Bonus Finali

Il-Bonus Finali fuq poloz Single Premium għall-ewwel darba jikkonsisti f’ammont fiss espress bħala persentagg kif ukoll persentagg addizzjonali għal kull sena wara l-10 sena tal-polza. Fuq Single Premium Plans u Comprehensive Flexi Plans (Single Premium) li ilhom għaddejjin għal aktar minn 10 snin, ser jitħallas Bonus Finali fiss ta’ 12.5% fuq il-valur tal-policy account kif ukoll persentagg addizjonali ta’ 1% għal kull sena li l-polza tkun ilha għaddejja wara l-10 sena tal-polza. Fuq il-Comprehensive Life Plans (Single Premium) li ilhom għaddejjin għal aktar minn 10 snin, ser jitħallas Bonus Finali fiss ta’ 12.5% fuq il-valur tal-policy account kif ukoll persentaġġ addizjonali ta’ 2% għal kull sena li l-polza tkun ilha għaddejja wara l-10 sena tal-polza.

Sakemm ir-rati ta’ bonus finali ma jinbidlux fil-frattemp, il-bonus finali se jitħallas fuq il-valur tal-Policy Account irreġistrat fid-data tal-mewt jew tal-maturità bejn l-1 ta’ April 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021.

Bonus Regolari

Il-Bord approva wkoll Bonus Regolari ta’ 2.75% fuq dawk il-poloz tas-Secure Growth li kienu parti mill-portafoll li ġie ittrasferit lill-MAPFRE MSV Life mill-Assicurazioni Generali S.p.A. fis-sena 2000. Finalment, il-Bord approva wkoll Bonus Regolari ta’ 1.35% fuq il-poloz ALICO 78 u Bonus Regolari ta’ 1.6% fuq il-poloz ALICO 66 li kienu parti mill-portafoll ittrasferit lill-MAPFRE MSV Life fl-2011 mill-American Life Insurance Company (“ALICO”).

Il-MAPFRE MSV With Profits Fund kiber b’13.8% minn €1.89 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2018 ghal €2.15 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2019. Il-Fund irreġistra dħul totali mill- investiment ta’ €222.9 miljun kumparat ma’ ritorn negattiv ta’ €43.1 miljun fl-2018.

Minkejja l-investment policy prudenti addottata mill-MAPFRE MSV Life, ir-rizultati tal-passat m’humiex garanzija tal-futur. Ghalkemm l-investimenti With Profits tal-MAPFRE MSV Life generalment ipprovdew lill-policyholders dħul stabbli u sodisfacenti meta mqabbel ma’ prodotti simili ta’ nvestiment, fid-dawl ta’ l-incertezzi li bħalissa qed jikkaratterizzaw is-swieq kapitali, id-dħul mill-investmenti jista’ jara aktar ċaqliq il-fuq u l-isfel. Il-Fair value movements u d-dħul mill-investimenti għandhom effett dirett fuq ir-rati ta’ bonuses iddikjarati mill-Kumpanija. Il-Bonuses Regolari huma għalhekk mistennija li jvarjaw tul is-snin li polza tkun għaddejja filwaqt li l-bonuses finali huma mistennija li jkunu volatili ferm u jiddependu hafna mill-andament ta’ l-investimenti tal-Kumpanija.

‘Sena tajba ħafna għall-investituri’

Ic-Chairman tal- MAPFRE MSV Life, is-sur John Cassar White qal, “L-2019 kienet sena tajba ħafna ghall-investituri. Il-MAPFRE MSV With-Profits Fund kellu dħul nett ta’ 11.71%, riflessjoni ta’ andament b’saħtu f’ħafna mill-kategoriji ta’ assi li hemm fil-portafoll tal-Fund. Meta wieħed jikkonsidra in-natura konservattiva tal-Fund u l-allokazzjoni bilanċjata tiegħu, aħna nikkonsidraw id-dħul ta’ l-2019 bħala sodisfaċenti ħafna. Minkejja d-dħul mill-investimenti pożittiv reġistrati fl-2019, hemm stennija ta’ swieq ta’ investiment diffiċli fl-industrija ta’ l-assikurazzjoni fuq il-ħajja. Hemm sinjali ta’ stabilizzazzjoni ekonomika fis-sena li ġejja u nistennew li l-investituri ser ikollhom jiffaċċjaw fatturi mhux mistennija u volatilita’ fis-swieq hekk kif l-inċertezza fuq livell ta’ policy tibqa għolja u riskji ġeopolitiċi jibqgħu ikunu preżenti. Il-politika monetarja mistennija tibqa akkomodanti b’rati ta’ imgħax baxxi għal negattivi. F’xenarju ta’ tkabbir ekonomiku globali kajman, żieda fl-inċertezza politika u ambjent ta’ dħul baxx, ser nikkunsidraw jekk niddiversifikawx aktar l-asset allocation tal-MAPFRE With Profits Fund lill’ hinn minn klassijiet ta’ assi konvenzjonali lejn oqsma ta’ dħul addizzjonali permezz ta’ metodolojija kawta diretta sabiex tikseb risk-adjusted returns aħjar. Għal li ġej, il-bonuses regolari huma għalhekk mistennija jvarjaw tul it-terminu tal-polza filwaqt li l-bonuses finali huma mistennija li jkunu volatili ferm u jiddependu ħafna mill-andament ta’ l-investimenti tal-Kumpanija.”

Fondi b’saħħithom li jippermettu firxa ta’ nvestimenti

Il-Kap Eżekuttiv tal-MAPFRE MSV Life, is-sur David G. Curmi, qal, “il-flus tal-With Profits policyholders tagħna huma nvestiti fil-MAPFRE MSV Life With Profits Fund. B’aktar minn €2.15 biljun ta’ assi investiti u b’aktar minn 78,000 polza attiva, il-MAPFRE MSV With Profits Fund huwa wiehed mill-akbar managed savings funds f’Malta. Id-daqs u s-saħħa tal-Fund tagħna jippermettielna ninvestu f’firxa wiesgħa hafna ta’ assi globali. L-għan tal-MAPFRE MSV Life With Profits Fund hu li joffri dħul rejali fit-tul li huwa kompetittiv u li jkun relattivament stabbli kumparat mal-volatilità tas-swieq finanzjarji filwaqt li jipprovdi garanziji relattivi fuq il-kapital. Dan ifisser li l-investimenti With Profits għadhom għażla tajba għal investituri li jfittxu tkabbir kontinwu minn firxa ta’ investimenti fit-tul b’ċerta protezzjoni. Fi żminijiet ta’ inċertezza, il-benefiċċji tal-bilanċ bejn dħul u garanziji jagħtu vantaġġ lil minn jinvesti fil-With Profits fuq forom oħra ta’ investiment.”

Is-sur Curmi kkonkluda, “Poloz li jinvestu fil-With Profits Fund għandhom erba’ elementi mportanti li wieħed mhux normalment isib f’investimenti oħra kumparabbli. L-ewwel nett, l-ammont investit wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-prodott huwa garantit li jiġi mħallas lura meta l-polza timmatura jew f’kaz ta’ mewt jekk din tiġri qabel. It-tieni, bonuses regolari jiġu miżjuda ma’ l-investiment kull sena. La darba jitħallsu, il-bonuses regolari huma garantiti u ma jistghux jittieħdu lura. It-tielet, jekk l-investiment jinżamm għal perjodu ta’ aktar minn 10 snin, jista’ jitħallas bonus finali meta’ l-polza timmatura jew f’każ ta’ mewt liema bonus jiddependi mill-andament tal-Fund. Fl-aħħarnett, il-poloz With Profits huma effiċjenti għal fini ta’ taxxa.

Il-messaġġ aktar wiesgħa tagħna huwa li min ghandu polza With Profits magħna għandu s-serħan tal-moħħ għax jaf li għandu investiment fiż-żgur, li għadda mill-prova taż-żmien, u effiċjenti f’termini ta’ taxxa permezz tal-parteċipazzjoni fil-MAPFRE MSV Life With Profits Fund, li huwa portafoll konservattiv u diversifikat ta’ assi li jinkludi proċess robust fl-immaniġġjar tal-investimenti li ta’ qligħ konsistenti u li jħabbatha ma’ investimenti miksubin minn investimenti alternattivi iżda b’livelli ta’ volatilità relattivament aktar baxxi.”