Mapfre Middlesea u MSV Life f’attività ma’ Nature Trust Malta

Grupp ta’ impjegati minn Mapfre Middlesea u MSV Life pparteċipaw f’avveniment fi Xrobb l-Għaġin, nhar il-Ħamis 28 t’Ottubru. L-avveniment sar b'kollaborazzjoni ma’ Nature Trust Malta.
Xrobb l-Għaġin Natural Park,  li jinsab fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, jinkludi aktar minn 155,000 metru kwadru b’xeni tax-xlokk ta’ Malta.
Nature Trust Malta hija organizzazzjoni ambjentali mhux governattiva li taħdem sabiex tipproteġi pjanti u annimali fil-Gżejjer Maltin, u b’hekk jgħinu biex jipproteġu speċijiet endemiċi lokali.
Fil Xrobb l-Għaġin, Nature Trust tieħu ħsieb il-protezzjoni tan-natura, ix-xagħri u l-afforestazzjoni ta’ aktar minn 15,000 siġar indiġeni u arbuxelli f'żoni degradati.
Maġenb il-Park hemm Ċentru għall-Iżvilupp Sostenibbli li jinżamm permezz ta’ enerġija rinovabbli, permezz ta’ turbini tar-riħ u pannelli fotovoltajċi u l-użu ta' drenaġġ ittrattat u ilma tax-xita miġbur. Is-sit juża wkoll dawl naturali u ventilazzjoni.