Mapfre Middlesea tgħaqqad kumpaniji tal-assigurazzjoni

Mapfre Middlesea bdiet inizjattiva biex tgħaqqad kumpaniji tal-assigurazzjoni f’Malta fil-kampanja Pink October.
Ix-xahar ta’ Ottubru hu dedikat biex iqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider – li huwa wieħed mil-kawżi prinċipali ta’ mewt fin-nisa f’Malta. Huwa stmat li waħda minn kull tmien nisa f’Malta jbatu minn dan il-kanċer tul ħajjithom. Pero, li ssir taf bil-marda kmieni jista’ jnaqqas ir-riskji b’90%. Riċerka turi li aktar minn terz jistgħu jiġu evitati jekk isir screening regolari.
Numru ta’ impjegati minn Mapfre Middlesea qegħdin jissapportjaw din l-inizjattiva u issa l-kumpanija qed tistieden numru ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni biex jagħmlu l-istess.  Mapfre Middlesea qed tinnonima lil Gasan Mamo, Elmo, Atlas u Citadel Insurance.
Barra minn dan, l-impjegati tal-kumpanija se jagħtu donazzjoni għall-kampanja, liema fondi jmorru għall-Breast Cancer Foundation Malta  u Europa Donna. Ta’ kull xahar, issir ġabra għal kawża speċifika, u din id-darba hija Pink October.