Mapfre Middlesea tfaħħar lil clown doctors għal ġest nobbli

Mapfre Middlesea qalet li hija kburija li tissapportja lil Dr Klown Malta – għaqda non-governattiva mwaqqfa bl-għan li tferraħ it-tfal li qegħdin l-isptar għall-kura.
Wara l-ħin tax-xogħol tagħhom, grupp ta’ voluntiera jduru l-iswali tal-isptar, joffru divertiment lill-pazjenti żgħar biex jgħinuhom jinsew l-uġigħ, imqar għal ftit ħin.  L-organizzazzjoni Dr Klown, li hija bbażata fuq il-kunċett introdott minn Patch Adams, ġiet imwaqqfa f’Malta fl-2010. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, numru sew ta’ voluntiera ħadu taħriġ intensiv biex isiru clown doctors.
Riċentament, ġiet iċċelebrata Kids and Klowns Day fl-Isptar Mater Dei, fil-preżenza tal-President Marie-Louise Coleiro Preca.  Waqt l-attività, issapportjata minn Mapfre Middlesea,  kien hemm  divertiment għat-tfal kif ukoll gruppi ta’ ħidma għall-kbar.  It-tfal kellhom l-opportunità jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ maġija u puppet shows, fost l-oħrajn.