MAPFRE Malta b’donazzjoni ta €5,000 lill-Malta Trust Foundation

Read in English.

MAPFRE Malta tat donazzjoni ta’ € 5,000 lill-Malta Trust Foundation, Fondazzjoni li tmexxi fost oħrajn, proġett ta’ provista ta’ ikel lill-familji fil-bżonn.

Il-Malta Trust Foundation ġiet stabbilita fl-2015 minn Marie-Louise Coleiro Preca waqt il-Presidenza tagħha. Waqt il-pandemija ta’ COVID-19, il-Fondazzjoni rċiviet diversi talbiet minn persuni li sfortunatament tilfu l-impjieg minħabba l-pandemija ta’ COVID-19.

B’hekk, il-President Emeritus, bħala Chairperson tal-Malta Trust Foundation, waqqfet il-proġett Food Aid bl-għan li dan jgħin lill-familji fil-bżonn.

Ħafna minn dawn il-persuni sabu ruħhom jgħixu mingħajr ebda forma ta’ dħul u ma setawx ilaħħqu mal-kera u loans devuta u spejjeż oħra ta’ kuljum. Fid-dawl ta’ din il-pandemija, l-għadd ta’ applikanti żdied b’mod sinifikanti, b’iktar minn 2,000 familja jirċievu provista tal-ikel kull ħmistax.

Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Fondazzjoni daħlet fi sħubija ma’ għaqdiet lokali kif ukoll internazzjonali, biex b’hekk tkun tista tirrispondi għal realtajiet soċjali.

“Aħna nirrikonoxxu l-fatt li dawn iż-żminijiet inċerti ħolqu sfidi uniċi għalina lkoll. Din il-pandemija ikawżat tbatijiet għal miljuni madwar id-dinja, u ħolqot diffikultajiet f’riżorsi.

Madankollu, qed naraw opportunità biex nkunu ta’ servizz għall-iktar vulnerabbli fostna. Naraw opportunità għas-solidarjetà u biex nagħtu lura xi ħaġa lura lill-komunità lokali,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea Felipe Navarro. “Nixtiequ nħeġġu entatijiet oħra biex jappoġġjaw lil din il-Fondazzjoni biex b’hekk tkompli tgħin familji fil-bżonn”.

Is-Sinjura Sarah Bondin, Direttur tal-Malta Trust Foundation, qalet li l-appoġġ ta’ kumpaniji bħal MAPFRE Malta qed jippermetti li l-Fondazzjoni tipprovdi għajnuna lil għaqdiet oħra li jappoġġjaw dawn il-familji vulnerabbli, u biex tieħu riferimenti mingħand il-Fondazzjoni  Foodbank Lifeline, li għalissa għad ma tistax jaċċetta każijiet ġodda.

MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) u MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) huma awtorizzati taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta.  L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.