Mapfre bi profitt ta’ €459m fl-ewwel kwart tas-sena

Il-Grupp globali ta’ assigurazzjoni Mapfre rreġistra żidiet sinifikanti fl-ewwel kwart tas-sena 2015, b’żieda ta’ 8.9%  biljun fid-dħul li laħaq is-€7.515 meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti. Il-primjums gross u aċċettati żdiedu bi 2.6% għal €6.114 biljun.
Il-profitti qabel it-taxxa żdiedu b’4.7%  u laħqu l-€459 miljun. Il-kumpanija lokali tal-assigurazzjoni Mapfre Middlesea hi membru tal-Grupp Mapfre u l-prestazzjoni tajba tagħha fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-ħajja u t-tfaddil ikkontribwiet għat-tkabbir ta’ 17.5% li l-Grupp esperjenza fir-reġjun tal-Ewropa u l-Mediterran.
Ir-riżultati attribwibbli kienu ta’ €201.4 miljun, tnaqqis ta’ 8% mis-sena preċedenti, kawża ta’ sehem mill-profitt ikbar attribwit lill-sħab esterni f’negozji operati b’mod konġunt.
Mapfre ħabbret ukoll li laħqet ftehim ma’ Catalunya Banc fuq il-bejgħ tas-sehem f’numru ta’ sussidjarji tal-assigurazzjoni li huma mmaniġġjati b’mod konġunt. Dan il-bejgħ, li għad irid jikseb l-approvazzjoni regolatorja, jammonta għal iktar minn €606 miljun.
Il-Unit tal-Assigurazzjoni fi ħdan Mapfre iġġenera primjum ta’ €5,217 biljun u riżultati netti ta’ €157 miljun, filwaqt li l-Unit tar-Riassigurazzjoni rrapporta primjums ta’ €934 miljun u r-riżultati netti ammontaw għal 49 miljun.
Il-Unit Global Risks, irreġistra volum ta’ primjum ta’ €236 miljun u riżultat nett ta’ €18 il-miljun filwaqt li l-Units tal-Assistenza, Servizzi u Riskji Speċjalizzati irreġistraw dħul ta’ €329 miljun u riżultat nett ta’ €3miljuni.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.