Manwela x’se ssib fil-kexxun tal-komodina tal-bużnanna?

Fil-ħames episodju mill-ewwel staġun ta’ Manwela li se jixxandar fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315,  Jennifer tmur tkellem lil Manwela dwar Peter u għaliex kien fejn kien. X’reġgħet marret tagħmel il-lukanda Jennifer u x’se tgħidlu lis-sur Briffa?

Doris tmur tiġri għand Jennifer biex tgħidilha li kienet sabitilha xogħol. Ma’ min u aċċettat jew inkella le? Kif inhuma Norma u Paul u Jennifer qed tlaħħaq magħhom jew le… u Manwela x’marret tagħmel magħha?

Norma ma tiflaħx tigdeb aktar u tgħid b’kollox lil Jennifer. X’se tgħidilha u x’kienet ir-reazzjoni tagħha? Claudette tirrabjt ħafna għal Mark. Iżda Noah x’se jgħidilha?

Ma’ min għandha grazzja Claudette?  Min hi Darlee u fiex tidħol fil-ħajja ta’ Noah? Manwela tiftaħ il-kexxun tal-komodina tal-bużnanna tagħha. X’sse ssib. X’hemm  miktub?

Manwela għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

L-episodju ta’ wara dan se jixxandar it-Tnejn fil-5.15pm fuq Melita More.