Manwel Micallef jinħatar Kap tal-Aħbarijiet tal-ONE

Manwel Micallef, li fl-imgħoddi kien Segretarju Ġenerali tal-GWU, u li sa ftit ilu kien kandidat tal-Partit Laburista, inħatar Kap tal-Aħbarijiet tal-ONE. Huwa qed jieħu post Mark Farrugia, li issa jinsab jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u post l-Onor Evarist Bartolo, li issa huwa l-Ministru tal-Edukazzjoni, bħala editur tal-maltastar.com. Micallef ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li se jibda jaqdi l-funzjoni tiegħu uffiċjalment f’din il-kariga minn nhar it-Tnejn li ġej.

Din il-kariga qed issegwi oħrajn li tħabbru fl-aħħar jiem li effettivament kienu jikkostitwixxu l-ewwel ħmistax-il jum ta’ Gvern Laburista.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.