Manwal għall-voluntiera tal-Protezzjoni Ċivili

L-Emergency Fire & Rescue Unit (EFRU) nediet l-manwal b’linji gwidi bażiċi fis-salvataġġ.
L-EFTU hija għaqda volontarja li f’emerġenzi taħdem mal-Protezzjoni Ċivili. Hija twaqqfet 11-il sena ilu.
Id-Direttur tal-EFRU Ivan Barbara qal li dan huwa l-ewwel manwal li ħareġ għall-volontiera li jassistu lill-Protezzjoni Ċivili f’ħidmiethom.
Sa issa manwal simili jinsab f’disa’ pajjiżi differenti fl-Ewropa u dan il-proġett ressaq l-EFRU ma’ għadd ta’ għaqdiet oħrajn Ewropej. 
Ritratt: DOI: Omar Camilleri