Manuvrar biex jirrispondu għall-provokazzjoni tal-Korea ta’ Fuq

Tkompli teskala t-tensjoni bejn il-Korea t’Isfel u ta’ Fuq.

Uffiċjali militari mill-Korea t’Isfel qalu lil midja li żewġ vapuri armati b’difiża kontra l-missili, qed iduru mal-kosta. Dan b’reazzjoni għal immanuvrar tal-Korea ta’ Fuq li fl-aħħar siegħat allegatament poġġiet missila n-naħa tal-Oċean Paċifiku.

L-Istati Uniti ukoll rreaġixxew għal dan u l-bażi militari Amerikana fl-istat ta’ Guam tinsab lesta għal kull eventwalità. Dan għaliex Guam qed tiġi meqjusa bħala l-mira ta’ din il-missila nukleari tal-Korea ta’ Fuq.

Kelliem għall-Gvern Amerikan sostna li l-militar Amerikan jinsab lest li jassigura lill-Amerikani u lid-Dinja li huma jistgħu jiddefendu lill-Istati Uniti.