Manutenzjoni fuq id-dawl tat-traffiku fl-Imsida

Transport Malta se twettaq xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq id-dawl tat-traffiku li hemm fi Triq il-Marina fl-Imsida.
Ix-xogħol se jsir bejn nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru u nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru bejn it-8.00 ta’ flgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’kawtela.