Manuel Mallia jerġa’ jsostni li ma kienx involut fl-iskandlu taż-żejt

Fil-Qorti, l-Ministru għall-Intern Manuel Mallia reġa’ nsista li hu ma kellux x’jaqsam mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt.
Huwa kien qed jixhed fil-każ ta’ libell li flimkien ma’ David Farrugia Sacco fetħu kontra l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier dwar artikli li dehru fil-midja tal-Partit Nazzjonalista.
Mallia qed isostni li dawn l-artikli qed jippruvaw jimplikawh fil-każ.
Huwa sostna li kien l-avukat tal-aħwa Farrugia meta ndunaw li ħuhom George Farrugia kien allegatament qed juża għalih fondi tal-kumpanija.
Mallia qal li l-artikli jagħmlu referenza għal konferenza tal-aħbarijiet li fiha kien tkellem Tonio Fenech.
Sostna li ma fetaħx każi ta’ libell kontra gazzetti oħra fuq ir-rappurtaġġ ta’ din il-konferenza.