Manoel Island tinfetaħ għall-pubbliku għal jumejn

Il-kumpanija MIDI ħabbret li l-pubbliku se jkollu l-opportunità li jżur Manoel Island waqt open weekend.
Manoel Island flimkien mal-Forti Manoel se tkun miftuħa nhar is-Sibt bejn id-9.30am u l-5.30pm u nhar il-Ħadd  bejn id-9am u 6pm.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li se jkun hemm programm ta’ avvenimenti ta’ rikreazzjoni, u kulturali fosthom re-enactments storiċi, żjarat, taħditiet minn bosta esperti u wirjiet f’diversi swali fil-Fortizza. 
Id-dħul se jkun mingħajr ħlas u dawk li jmorru bil-karozza se jkollhom spazju disponibbli għall-parkeġġ f’Manoel Island