Maniġer ta’ McDonald’s MIA fost l-aqwa fid-dinja

Read in English.

Lucia Salama, Maniġer ta’ ristorant ta’ McDonald’s li jinsab fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta rebħet il-premju Ray Kroc, premju li jirrikonoxxi lill-aqwa maniġers tar-ristoranti ta’ McDonald’s globalment. Is-Sinjura Salama kienet waħda minn 365 maniġer tar-ristoranti ta’ McDonald’s minn madwar id-dinja li ġejjin minn 60 suq differenti (li jirrappreżentaw l-ogħla wieħed fil-mija tal-maniġers tar-ristoranti) sabiex jirċievu l-unur, li jinkludi premju ta’ flus u trofew.

Is-sinjura Salama, li ilha taħdem mal-kumpanija McDonald’s għal aktar minn 10 snin, ser tingħata l-premju tagħha fit-22 ta’ April, 2020 matul ir-Ray Kroc Awards Gala f’Orlando, Florida ospitat minn Steve Easterbrook, President u Chief Executive Officer ta’ McDonald’s, u David Fairhurst, Viċi President Eżekuttiv u Chief People Officer mal-kumpanija.

“Jien tassew onorata li ġejt magħżula minn fost l-aqwa maniġers tar-ristoranti McDonald’s minn madwar id-dinja,” qalet is-Sinjura Salama. “Il-kumpanija McDonald’s tiffoka fuq l-iżvilupp tan-nies tagħha, u l-vjaġġ tiegħi f’din l-organizzazzjoni tassew tani ħafna opportunitajiet u sodisfazzjon personali u professjonali.”

Operaturi ta’ McDonald’s madwar id-dinja jinnominaw maniġers tar-ristoranti  għar-Ray Kroc Awards biex jirrikonoxxu l-ħidma siewja, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom lejn McDonald’s u lejn il-klijenti. Is-Sinjura Salama kienet nominata minn Premier Restaurants Malta Ltd, id-detentur tal-Liċenzja għall-Iżvilupp għal McDonald’s f’Malta, għall-konsistenza, id-dedikazzjoni u l-impenn tagħha lejn id-ditta, il-kumpanija u l-kollegi tagħha.

“L-attitudni tagħha, dejjem pożittiva u proattiva, tfisser li Lucia għandha metodu ta’ tmexxija sod, u tmexxi r-ristorant tagħha b’mod tassew professjonali u b’determinazzjoni. Il-klijenti u l-istaff huma l-ewwel prijorità tagħha, u hija għandha ħafna enerġija pożittiva: tassew persuna professjonali! Aħna tassew kuntenti li nistgħu nirrikonoxxu l-ħidma u l-impenn ta’ Lucia lejn McDonald’s!” qal Paul Dragan, Direttur Maniġerjali.

Dan il-kontenut huwa mwassal minn MacDonald’s/Corporate ID Group