“Manifestazzjoni nazzjonali mmexxija mill-President f’Jum il-Ħaddiem” – PD

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Dr Anthony Buttigieg qal li jekk ikun hawn manifestazzjoni f’Jum il-Ħaddiem, din għandha ssir fuq bażi nazzjonali u titmexxa mill-President ta’ Malta.
F'messaġġ fuq Facebook, sostna li jekk il-partiti politiċi għandhom ikunu preżenti, għandhom jagħmlu dan kollha flimkien.
Dr Buttigieg spjega li b’xorti ħażina din il-festa qed tiġi użata biex tifred lil ħaddiem, minflok biex tiċċelebra l-frott ta’ ħidma ta’ missirijietna u ta’ dan il-pajjiż.
Tista’ tara l-messaġġ kollu tal-Kap tal-PD hawn taħt.