​Mangala barra sal-aħħar tal-istaġun

Il-kowċ ta’ Everton Sam Allardyce kkonferma fuq is-sit uffiċjali tal-klabb illi kważi spiċċa l-istaġun tad-difensur Franċiż Eliaquim Mangala minħabba injury illi sofra fir-rebħa tat-tim tiegħu fuq Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-1.
Huwa weġġa’ f’nofs l-ewwel taqsima ta’ din il-partita u kellu joħroġ mill-grawnd. Wara li saritlu viżta ġurnata wara, l-aħbarijiet għalih ma tantx kienu sbieħ minħabba illi wisq probabbli illi ser idum barra mil-logħob għallinqas sa Mejju.
Mangala, li huwa proprjetà ta’ Manchester City, ingħaqad b’self mat-Toffees f’Jannar illi għadda.