Mane jirbaħ il-Plejer tas-Sena tal-Futbol Afrikan

Sadio Mane ta’ Liverpool rebaħ it-titlu tal-Plejer tas-Sena tal-Futbol Afrikan.

Mane li hu mis-Senegal rebaħ kontra sieħbu li ukol jilgħab ma’ Liverpool Mohamed Salah li hu Eġizzjan. Fit-tellieqa għat-titlu kien hemm ukoll l-Alġerin ta’ Manchester City Riyad Mahrez.

Mane li għandu 27 sena għen lil Liverpool biex jirbħu ċ-Champions League fl-istaġun tal-2018-19. Fl-istaġun li għadda skurja wkoll b’kollox 30 gowl. Dan l-istaġun irnexxielu jiskurja 15-il gowl s’issa u t-tim tiegħu qiegħed 13-il punt fuq quddiem fil-klassifika.

Hu stqarr li hu kuntent ferm li rebħa dan it-titlu. Qal li l-futbol hu xogħolu u jħobbu ferm. Hu rringrazzja lill-familja, lit-tim nazzjonali, lill-istaff, lill-federazzjoni kif ukoll lil Liverpool.

Mane rċieva t-titlu waqt ċeremonja f’Hurghada, fl-Eġittu. Kemm Salah kif ukoll Mahrez naqsu milli jattendu ċ-ċerimonja.