​Mane barra għal sitt ġimgħat

Liverpool qalgħu daqqa ta’ ħarta ħamest ijiem bogħod mill-konfront jaħraq kontra Manchester United meta weġġa’ l-attakkant tagħhom Sadio Mane.
Dan il-plejer weġġa’ l-hamstring fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li s-Senegal lagħbu kontra Cape Verde.
Mane, illi għamilha mal-aqwa 30 plejer fil-lista tal-ballun tad-deheb, għandu barra madwar sitt ġimgħat wara li qagħad għal xi testijiet li sarulu mit-tobba.
Huwa diġà tilef tliet partiti tal-kampjonat wara li ġie sospiż għal tliet logħbiet meta tkeċċa fil-partita kontra Manchester City.