Mandzukic jirtira minn mat-tim nazzjonali

L-attakkant tal-Kroazja Mario Mandzukic iddeċieda li jtemm il-karriera internazzjonali tiegħu wara li għen lil pajjiżu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja li ttellgħet din is-sena. Il-plejer ta’ Juventus skurja 33 gowl f’89 logħba għall-Kroazja.

L-eks attakkant ta’ Wolfsburg, Bayern Munich u Atletico Madrid skurja l-gowl tar-rebħa fis-semi finali kontra l-Ingilterra u permezz ta’ dan il-Kroazja waslet sal-ewwel finali tagħha fit-Tazza tad-Dinja. Matul il-finali, Mandzukic skurja t-tielet gowl tiegħu fit-turnew kif ukoll awto gowl.

Hu stqarr, “Mhemmx żmien ideali meta wieħed għandu jieqaf. Kieku nistgħu, nemmen li kollha nibqgħu nilagħbu għall-Kroazja sakemm indumu ħajjin għax ma jeżistix unur ikbar. Iżda nħoss li l-mument tiegħi wasal issa.”