Mandzukic jaħsad lill-klabbs Ewropej bl-għażla tiegħu

Il-plejer li Manchester United kienu tefgħu għajnejhom fuqu, Mario Mandzukic, għamel mossa li ħasad lill-klabbs Ewropej biha. Hu bidel lil Juventus ma’ tim tal-Qatar, il-leaders Al-Duhail.

L-attakkant Kroat li għandu 33 sena, ta’ sikwiet kien jissemma f’konnessjoni ma’ Old Trafford. Iżda l-interess ta’ United deher li naqas xi ftit ix-xahar li għadda. B’hekk il-finalist tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, għażel li jingħaqad ma’ tim mil-Lvant Nofsani.

Il-maniġer ta’ United jidher li issa qed jiffoka biex iġib lin-Norveġiż Erling Haaland li għad għandu 19-il sena.

Madankollu xi rapporti qed jgħidu li Juventus huma l-favoriti li jirbħu t-tellieqa li se tkun tiswa mal-€25 miljun. Possibilment xi ħadd miż-żewġ klabbs se jakkwistah ix-xahar id-dieħel, iżda xejn m’hu fiċ-ċert.