Mandat ta’ arrest kontra l-eks Ministru Alġerin Khelil

Fl-Alġerija, ħareġ mandat ta’ arrest internazzjonali kontra l-eks Ministru tal-Enerġija Chekib Khelil dwar allegati każi ta’ korruzzjoni.

Khelil qed ikun imfittex flimkien ma’ tmien persuni oħra, inkluż martu u żewġ uliedu dwar korruzzjoni, abbuż ta’ poter u li kien jagħmel parti ta’ networks internazzjonali.

Dan l-eks kap tal-OPEC kien investigat fl-iskandlu ta’ korruzzjoni ta’ kumpanija ta’ enerġija

Skont il-Prosekutur Belkacem Zeghmati, Khelil li għandu ċittadinanza Amerikana huwa Alġerin, u qed ikun allegat li jinsab fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Iż-żewġ pajjiżi mgħandhomx trattat ta’ estradizzjoni bejniethom.