Aġġornata: Multa fil-konfront ta’ Paul Borg Olivier tiġi rtirata

Il-multa ta' €70 li ngħatat lil Paul Borg Olivier ġiet irtirata, dan wara li s-Segretarju Ġenerali tal-PN kien jinsab il-Qorti, iżda f'sular ieħor.  

Iktar kmieni, l-Qorti ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier. Dan wara li huwa naqas milli jattendi smigħ il-Qorti.

Is-Segretarju Ġenerali kellu jaffaċċja każ ta’ libell mressaq kontrih mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern. Paul Borg Olivier kien allega konnessjoni bejn il-Ministru Manuel Mallia u l-iskandlu tax-xiri ta’ żejt. Paul Borg Olivier ġie mmultat ukoll €70.