Mancini viċin li jilħaq kowċ tal-Italja

Skont rapporti f’ġurnali Taljani jidher li Roberto Mancini se jinħatar bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan. L-eks kowċ ta’ Galatasaray, Manchester City, Inter u Lazio, ser iħalli lill-klabb attwali tiegħu, Zenit St. Petersburg, sabiex jibda din l-isfida l-ġdida. Jidher ukoll li Mancini jinsab lest li jilqa’ lura lil Mario Balotelli mal-Azzurri wara li dan il-plejer kontroversjali tħalla barra mit-tim kemm minn Antonio Conte, minn Gian Piero Ventura u anke minn Luigi Di Biagio. It-tim nazzjonali Taljan għaddej minn perijodu ta’ kriżi hekk kif falla milli jikkwalifika għall-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Ġunju li ġej fir-Russja.