Manchester Utd vs FC Copenhagen għada f’xandira diretta

Manchester Utd fil-kwarti tal-Finali tal-Europa League se jilagħbu kontra FC Copenhagen tad-Danimarka għada t-Tnejn 10 ta’ Awwissu. Il-logħba se tintwera diretta fuq TVM 2 fid-9pm.

B’kumbinazzjoni din il-logħba tal-Manchester Utd se ssir eżatt wara 365 ġurnata minn meta fetaħ il-Premier League u li fiha huma lagħbu kontra Chelsea. Ta’ min ikun jaf li l-klabb tilef £28 miljun minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Għal FC Copenhagen din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li waslu mal-aħħar tmienja f’xi kompetizzjoni Ewropea.

Il-kwarti tal-finali  us-semifinali se jintlagħbu fil-Ġermanja. Mhux se jkun hemm logħba home u oħra away. Fil-fatt il-logħob kollu se jsir fil-grawnds ta’ Duisburg, Fortuna Dusseldorf, Schalke u Cologne. Il-finali, li se tintlagħab fil-21 ta’ Awwissu fil-grawnd ta Cologne wara li kienet trasferita minn Gdansk fil-Polonja. L-UEFA ħabbret li dawn il-logħbiet kollha se jsiru mingħajr spettaturi preżenti.