Manchester United jixħtu ħarsithom fuq Zouma

Teżisti l-possibiltà li Kurt Zouma jingħaqad ma’ Manchester United wara li r-Red Devils bdew taħdidiet ma’ Chelsea dwar it-trasferiment tal-plejer. Jose Mourinho jixtieq jakkwista difensur ċentrali qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferimenti u jrid li Zouma jsir parti mit-tim immexxi minnu wara li dawn ħadmu flimkien matul it-tieni perijodu ta’ Mourinho bħala kowċ ta’ Chelsea.

Manchester United kienu wkoll interessati f’Harry Maguire, Toby Alderweireld, Yerry Mina u Jerome Boateng iżda s’issa naqsu milli jsaħħu lid-difiża tagħhom. Zouma qatta’ l-istaġun l-għadda b’self ma’ Stoke City fejn safa’ relegat.