Manchester United iridu lil Rose

Il-klabb ta’ ManchesterUnited huma lesti li joffru madwar 50 miljun lira sterlina lil Tottenham Hotspurs sabiex jakkwistaw lid-difensur xellugi Danny Rose f’Jannar illi ġej.
Skont ma’ rrapurtat il-gazzetta Ingliża The Sun, il-kowċ tar-RedDevils Jose Mourinhoidentifika dan il-plejer bħala ideali għad-difiża tat-tim tiegħu.
Rose għadu jrid jilgħab l-ewwel logħba uffiċjali tiegħu dan l-istaġun mal-Ispurs minħabba li bħalissa jinsab imweġġa’.
L-istess Rose ġie kkwotat jgħid illi l-belt ta’ Manchester tista’ tkun il-post ideali għalih sabiex ikompli juri l-potenzjal tiegħu.