Manchester United iridu lil Emre Can

Manchester United huma interessati li jiksbu l-firma tal-midfielder ċentrali Ġermaniż Emre Can.
Dan kollu jista’ jseħħ fis-sajf li ġej hekk kif il-plejer ta’ Liverpool qed jirċievi diversi offerti minn klabbs Ewropej fosthom ukoll Juventus.
Il-kowċ ta’ Manchester United, Jose Mourinho, avża lill-klabb illi għandu bżonn plejer f’nofs il-grawnd u Can jista’ jkun il-kandidat ideali tal-Portugiż.
Min-naħa l-oħra l-kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, irid lil Can jiffirma kuntratt ġdid hekk kif ma jixtieqx jitlef lil dan il-plejer ta’ talent.