Manchester City lesti jagħmlu żewġ akkwisti prestiġjużi

L-attakkant ta’ Tottenham Harry Kane u l-midfielder ta’ Real Madrid Isco huma s-suġġett tad-diskussjoni bħalissa fuq is-sit Spanjol Diario Gol.
U hekk kif il-plejer Spanjol jinsab fl-aħħar xhur mal-Merengues, dan ir-rapport jgħid illi l-liders tal-kampjonat ManchesterCity jinsabu lesti illi jagħmlu akkwist doppju bil-firma ta’ dawn iż-żewġ plejers.
Fil-fatt Pep Guardiola informa lid-diriġenti tac-City sabiex jibdew jirsisti u għallinqas iġibu lejn il-belt ta’ Manchester lil wieħed minn dawn iż-żewġ plejers.
L-artiklu jispiċċa billi jgħid illi Kane jidher illi għoġbitu l-biċċa tax-xogħol tant illi huwa ammiratur tal-manager Spanjol.