Manchester City jiskurjaw ħamsa kontra Cardiff

Minkejja li Manchester City tilfu l-ewwel logħba tagħhom fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, ir-rebbieħa renjanti tal-kampjonat Ingliż ma wettqux żball ieħor kontra Cardiff.

Sergio Aguero, li lagħab it-300 logħba tiegħu ma’ Manchester City, fetaħ l-iskor wara 32 minuta permezz ta’ assist minn Bernardo Silva. Il-midfielder Portugiż skurja gowl hu wkoll biex għamel l-iskor 2-0 qabel Ilkay Gundogan żied it-tielet gowl ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima.

Wieħed mill-akkwisti tas-sajf, Riyad Mahrez, daħal bħala sostitut flok Sergio Aguero u skurja żewġ gowls fit-tieni taqsima hekk kif il-logħba ntemmet 5-0. It-tim ta’ Pep Guardiola ilu 12-il logħba mingħajr telfa fil-Premier League.