Manchester City jirbħu l-Community Shield

Manchester City rebħu l-Community Shield wara l-għoti tal-penalties minħabba li l-logħba kontra Liverpool spiċċat fi draw ta’ 1-1. Il-finali kienet logħba eċitanti u ntlaqgħbet quddiem eluf ta’ partitarji ġewwa Wmebley.

Il-goaler ta’ City Claudio Bravo rnexxielu jilqa’ l-penalty ta’ Georginio Wijnaldum, qabel ma Gabriel Jesus irnexxielu jiskurja l-penalty tar-rebħa. Il-laqgħa bejn iż-żewġ timijiet ma ddiżappuntatx, City u Liverpool kienu l-aqwa żewġ timijiet fil-kampjonat Ingliż l-istaġun li għadda.