Manchester City għadhom ma qatgħux qalbhom minn Messi

Il-klabb Ingliż ta’ Manchester City huwa lest jonfoq €400 miljun biex jakkwista lill-Arġentin Lionel Messi dejjem jekk dan tal-aħħar jibqa’ ma jiffirmax it-tiġdid tal-kuntratt f’Jannar illi ġej.
Għalkemm ikkonferma b’mod verbali, Messi għadu ma ffirma l-ebda estensjoni tal-kuntratt sabiex jorbtu għal iktar tul fin-Nou Camp.
Din il-ġimgħa kien il-midfielder Spanjol Andres Iniesta illi ġedded il-kuntratt tiegħu mal-Katalani.