Manchester City għandhom fil-mira lil Pavard

Manchester City mistennija jikkompetu ma’ Bayern Munich u Real Madrid għall-akkwist tad-difensur Benjamin Pavard mingħand Stuttgart.

Il-plejer versatili ta’ 22 sena, li jista’ jilgħab bħala difensur laterali fuq il-lemin jew fil-qalba tad-difiża, jista’ jkun is-suċċessur ta’ Vincent Kompany.

S’issa Pavard kien wieħed mill-aqwa plejers għal Franza fit-Tazza tad-Dinja u x-xutt meraviljuż tiegħu kontra l-Arġentina huwa fost l-aqwa gowls tat-turnew. Hu lagħab 57 logħba għal Stuttgart minn meta ngħaqad magħhom mingħand Lille fl-2016 u t-tim tal-Bundesliga jixtieq li jibqa’ fl-iskwadra tagħhom għal staġun ieħor.

Miġjub lilek minn Hublot