Manatapu b’diska ġdida dwar is-sajf Malti

Il-grupp lokali Manatapu għadu kif nieda single ġdida li ġġib l-isem 'Mur imma mur', bħala parti mill-album li jmiss 'Tuatara' li se joħroġ fil-25 ta' Mejju li ġej.

Din id-diska tiġbor fiha dak kollu li jiddeskrivi s-sajf Malti. Fil-fatt, il-filmat tad-diska nġibed kollu f'Malta sabiex juri s-sbuħija "moħbija" tal-pajjiż.
Il-grupp Manatapu huma magħmul minn Jogy Bo (vokali u gitarra), Dario (vokali u gitarra), Pupachile (vokali), Tete aka Camacho Criminal (vokali), Aaron Dimech (bass), Ryan (drums).