Man Utd wara Pickford

Hekk kif dalwaqt tidher li ser tasal fi tmiemha l-avventura tal-gowlkiper ta’ Manchester United David de Gea, id-diriġenti tar-Red Devils qed jibdew jimirħu madwarhom u l-għażla l-iktar popolari tidher illi hija dik ta’ Jordan Pickford. 
Dan il-gowlkiper għandu 24 sena u ġie akkwistat minn Everton matul is-sajf li għadda. Jidher illi l-iskawts tar-Red Devils baqgħu mpressjonati bil-wirjiet ta’ dan il-gowlkiper u ser jippruvaw jagħmlu li jistgħu sabiex jakkwistaw eżatt kif jintemm l-istaġun.