Man Utd wara Griezmann

Skont il-ġurnal The Sun, l-attakkant ta’ Atletico Madrid Antoine Griezmann qed jiġi avvinċinat minn Manchester United sabiex eventwalment jingħaqad magħhom.
Il-plejer Franċiż sar jaf b’dan kollu u ġie rrapurtat illi qed jitlob €450,000 fil-ġimgħa sabiex jaċċetta din l-offerta.
Anke Barċellona jinsabu attirati lejn dan il-plejer illi sar l-idolu tal-poplu Franċiż wara l-aħħar wirjiet tiegħu mat-tim nazzjonali kif ukoll għax qed jiskorja gowls importanti.
Il-plejer ta’ 26 sena ilu ma’ Atletico Madrid sa mis-sena 2014 wara li ġie akkwistat mingħand Real Sociedad.
Mal-Colchoneros huwa lagħab 123 partita u skorja 65 gowl.