Man Utd wara Ghoulam

Skont diversi rapporti maħruġa mill-midja Spanjola, Manchester United huma lesti joffru somma ta’ €60 miljun sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur laterali ta’ Napoli, Faouzi Ghoulam.
Dan il-plejer, illi bħalissa jinsab imweġġa’, ilu jimpressjona lill-kowċ tar-Red Devils Jose Mourinho u talab lid-diriġenti tiegħu sabiex jippruvaw jakkwistaw il-firma tiegħu.
Napoli, illi jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika, qed jaraw sew din il-possibiltà għalkemm il-kowċ Sarri xejn ma jidher favorevoli ma’ din l-offerta iktar u iktar għax it-tim tiegħu jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tas-Serie A b’punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Juventus.
Fil-fatt Ghoulam qed jitqies bħala element fundamentali tat-tim f’dan il-perjodu tal-istaġun.