Man Utd lesti li jbigħu lil Darmian u Shaw

Manchester United qed jevalwaw diversi offerti illi qed jirċievu mingħand klabbs Ingliżi u Ewropej sabiex ibigħu lid-difensuri tagħhom Luke Shaw u Matteo Darmian, skont dak li rrapurtat il-gazzetta The Daily Record.
Shaw, illi spiss ibati minn injuries, qed jiġi offrut lil diversi klabbs tal-Premier League Ingliż. Min-naħa ta’ Darmian, illi tant impressjona fl-ewwel xhur mal-United, qed jitqies bħala plejer żejjed mill-kowċ Jose Mourinho.
L-għan aħħari tal-United huwa illi jġibu biżżejjed flus sabiex jixtru wieħed jew saħansitra żewġ plejers fid-dipartiment difensiv b’Alex Sandro ta’ Juventus u Danny Rose ta’ Tottenham Hotspurs l-iktar ismijiet illi qed jissemmew fil-kurituri ta’ Old Trafford.